​Filmat: 650 student wara l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia

Bħala sinjal ta’ solidarjetà mal-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia wara l-assassinju tagħha lbieraħ fi Triq il-Bidnija, 650 student flimkien mal-membri tal-istaff tal-iskola u l-ġenituri tagħhom iffurmaw il-frażi #NOTOVIOLENCE.
Fi stqarrija, St Catherine’s High School qalet li din kienet ukoll dikjarazzjoni kontra dan l-attakk fuq il-libertà tal-espressjoni tal-ġurnalisti.
Ritratt u filmat: St Catherine's High School