650 post fl-iskejjel tal-Knisja

Il-Kurja ppublikat dettalji tal-postijiet li fadal jimtlew fl-ewwel sena primarja u t-tieni sena tal-kindergarten fl-iskejjel tal-Knisja.

Dawn il-postijiet iridu jimtlew għas-sena skolastika li tibda f’Settembru 2013.

Fl-ewwel sena primarja tas-subien fadal 234 post vakanti. Dan hekk kif kien hemm 153 applikazzjoni skont l-ewwel kriterju, b’85 minnhom ikunu mill-aħwa. Tnax il-applikazzjoni intlaqgħu minħabba każijiet umanitarji gravi.

Għall-ewwel sena tal-primarja tal-bniet, hemm 157 post x’jimtela’. Dan wara li kien hemm 117 il-applikazzjoni fosthom minn tfal li qabel kienu jattendu skola bla kontinwita’. 34 applikazzjoni intlaqgħu mill-aħwa u ħames każi umanitarji gravi.

Fit-tieni sena kindergarten subien, hemm 94 post vakanti, wara li fl-ewwel fażi kien hemm 24 applikazzjoni. Fit-tieni sena kindergarten tal-bniet, hemm 165 post vakanti.

Iktar dettalji: http://maltadiocese.org/lang/en/news/vacant-posts-in-church-schools-in-year-one-primary-and-kindergarten-year-twopostijiet-vakanti-fl-iskejjel-tal-knisja-fl-ewwel-sena-primarja-u-t-tieni-sena-kindergarten/