65 priġunier jingħataw il-parole fl-aħħar 3 snin

Fl-aħħar tliet snin inħarġu 65 liċenzja tal-parole mill-awtoritajiet tal-ħabs. Dan ifisser li priġuneri jinħelsu wara ċertu żmien mill-ħabs wara li jwegħdu li se jġibu ruħhom tajjeb.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal fil-Parlament li fl-2015, gawdew minn din is-sistema 24 persuna, 23 persuna fl-2016 u 18-il persuna fl-2017.
It-tagħrif ingħata fil-Kamra tad-Deputati mill-Ministru Farrugia fi tweġiba parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said.