65 multa għal persuni li nġabru f’ġemgħat

Miguela Xuereb

Il-Pulizija ħarġu 65 multa għal persuni li nqabdu fi gruppi ta’ iktar minn 4 persuni flimkien f’post pubbliku. Il-multi ta’ €100 kull wieħed ngħataw waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u l-Environmental Health Officers qed jagħmlu biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat f’postijiet pubbliċi.

Dan ħareġ fil-bullettin li l-Gvern joħroġ ta’ kuljum dwar l-imxija tal-coronavirus f’Malta.

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-305 spezzjonijiet li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-awtoritajiet appellaw biex kulħadd jibqa’ jkun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw.

Illum Malta rreġistrat 9 każi ġodda ta’ coronavirus. Intant fiequ 13-il persuna oħra minn dan il-virus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn