65 każ ġdid ta’ coronavirus; ifiqu 43

face masks
Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 65 każ ġdid ta’ coronavirus wara 2,108 swab test.

Dan ħareġ fl-infografika tal-jum tal-Ministeru għas-Saħħa fejn kien spjegat li fiequ total ta’ 43 persuna oħra.

Filwaqt li l-każi rrappurtati llum għadhom qed jiġu investigati, fost dawk tal-bieraħ kien hemm: 10 persuni li huma qraba ta’ każi pożittivi, żewġ kuntatti diretti ta’ każi pożittivi, 7 persuni li mardu minn fuq il-post tax-xogħol u żewġ każi impurtati. Total ta’ 25 każ kienu sporadiċi, jiġifieri ma nstabx minn fejn seta’ oriġina l-virus.

Minn meta feġġet il-pandemija fil-pajjiż, instabu total ta’ 3,204 persuni pożittivi għall-virus wara total ta’ 260,917 swab test. Minn dawn fiequ b’kollox 2,711 persuna u mietu 38 persuna.