65 każ ġdid minn kważi 3,000 swab test

face masks
Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa Malta rreġistrat 65 każ ġdid minn total ta’ 2,922 swab test. Fiequ wkoll 21 persuna, u b’hekk, it-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 663.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fl-infografika li joħroġ ta’ kuljum. Id-dettalji dwar il-każi mħabbra llum jingħataw għada minħabba li għadhom qed jiġu investigati.

Dalgħodu tħabbar ukoll li żewġ anzjani mietu kawża tal-Covid-19.

Nofs il-każijiet tal-bieraħ kienu sporadiċi. Mid-39 każ li tħabbru lbieraħ 20 każ kienu sporadiċi, 10 każi minn membri tal-familja, 3 każi minn kuntatti diretti, 3 każi minn Dar San Ġużepp, 1 minn Casa Antonia, persuna li ħa l-virus mingħand kollega tax-xogħol u persuna oħra minn gathering soċjali.