64 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 19-il persuna

Malta kellha 64 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 19-il persuna.

Dawn il-każijiet ħarġu minn 2,491 swab test li saru, biex issa t-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 581.

⚠️ 581 Active Cases*OFFICIAL COVID-19 figures for 08•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, October 8, 2020

Ilbieraħ tħabbru 68 każ ġdid tal-coronavirus.

Minnhom kien hemm:

  • 15-il każ ta’ membri tal-familja ta’ persuni bil-virus
  • 3 każijiet minn fuq il-post tax-xogħol
  • 7 li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • Każ minn attività soċjali
  • 2 każijiet mill-cluster ta’ Paceville
  • 2 każijiet impurtati

Dan ifisser li kien hemm ukoll 38 każ mill-komunità.