630 student fl-ITS

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li s-settur turistiku Malti qed jimmira li joffri l-aqwa servizz fil-Mediterran, u l-ITS hija fundamentali biex jintlaħaq dan il-għan.
L-Istitut għall-Istudji Turistiċi l-ITS din is-sena skolastika laqa’ fi ħdanu 630 student bejn dawk ġodda u li komplew l-istudji tagħhom.
L-ITS qal li iktar kmieni din is-sena nieda l-ewwel programm li jwassal għall-baċċelerat. L-iktar kors li ntgħażel mill-istudenti kien dak dwar it-thejjija tal-ikel.