63 każ ġdid tal-coronavirus; 7 minnhom fi djar tal-anzjani

swabbing center

Matul l-aħħar 24 siegħa nstabu total ta’ 63 każi ġodda tal-coroanvirus fil-pajjiż. Fosthom hemm seba’ anzjani minn djar tal-anzjani differenti. Intant fiequ 31 persuna.

Dan ħareġ mill-aħħar infografika tal-Ministeru għas-Saħħa fejn kien spjegat li matul il-jum tal-bieraħ saru total ta’ 2,044 swab test.

Fost il-każi ġodda hemm ħames membri tal-familja ta’ każi pożittivi preċedenti, tliet kollegi, każ ta’ kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva, każ wieħed impurtat u seba’ minn djar tal-anzjani.

Minn meta feġġet il-pandemija fil-pajjiż, s’issa, saru total ta’ 207,185 swab test. Minn dawn instabu 2,162 persuna pożittiva u minnhom fiequ 1,769 u mietu 14.