620 persuna jeħlu multa għax mingħajr maskra

face masks
Miguela Xuereb

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri f’kitba fuq Facebook qal li matul il-ġimgħa li għaddiet l-uffiċjali tal-komunità u l-pulizija, il-ġimgħa li għaddiet ħarġu 620 multa għall-persuni li kienu mingħar maskra.

Żied li mijiet ta’ persuni oħra ġew imwissija li jridu jilbsu l-maskra kullimkien u jilbsuha sew.

Fl-appell tiegħu l-Ministru qal li dawn l-ammonti huma numri għoljin u wieħed m’għandux bżonn li jingħata multa biex jilbes il-maskra.

Kompla li l-uffiċjali tal-komunità ma jistgħux ikunu kullimkien il-ħin il-kollu u dawn il-ħaddiema qegħdin jaffaċċjaw l-isfidi ta’ kull ħaddiem ieħor inkuż ir-riskji għall-imxija.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mill-Ħamis il-bars u l-każini kollha għandhom jibqgħu magħluqin għal xahar u ma jistax ikun hemm gruppi ta’ aktar minn sitt persuni f’daqqa.