Read in English.
62% tad-dejn pubbliku Malti jinsab f’idejn is-settur privat. Dan joħroġ minn studju tal-Eurostat tal-karatteristika tad-dejn tal-Gvern fl-2017.
Intant, fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena d-dħul tal-Gvern żdied b’€9.8 miljuni, filwaqt li n-nefqa tal-Gvern żdiedet bi €85.2 miljuni.
Iż-żieda fid-dħul tal-Gvern kienet dovuta għal żieda fid-dħul mill-income tax, is-Sigurtà Soċjali, il-VAT, mill-ħlasijiet tal-liċenzi u l-multi, u mid-dazji u s-sisa.
Min-naħa l-oħra ż-żieda fin-nefqa tal-Gvern kienet dovuta għal żieda fin-nefqa tal-pensjonijiet, mediċini, benefiċċji soċjali, kura tas-saħħa residenzjali privata, skejjel tal-knisja, ftehim ta’ konċessjoni għas-settur tas-saħħa, il-programm tal-jobsplus u l-kura tat-tfal.