613kg kokaina f’kontejner li għadda minn Malta

Madwar 613 kilogramma ta’ kokaina li għaddew minn Malta ġew interċettati mill-pulizija tal-Albanija.
Skont rapport tal-Associated Press (AP), il-Pulizija tal-Albanija sabet l-kokaina f'kontejner li kien abbord bastiment li kien qed iġorr il-banana. Il-bastiment għadda minn Malta u l-Italja wara li telaq mill-Kolombja.
Skont l-AP, il-kontejner ittieħed lejn maħżen qabel ma ġie interċettat mill-Pulizija. Intqal ukoll li sid il-kontejner għadu ma nqabadx.
Il-Pulizija tal-Albanija stmat li l-valur tad-droga li nstabet huwa ta’ madwar €180 miljun.