60,500 persuna fittxew l-ażil f’Ottubru fl-Ewropa

Matul Ottubru kien hemm aktar min 60,500 persuni li ssottomettew applikazzjonijiet għall-ażil f’pajjiżi Ewropej skont il-European Asylum Support Office. Skont l-istess uffiċċju, Ottubru kien l-aktar xahar li fih daħlu talbiet għall-ażil għal din is-sena.

Is-Sirja, l-Afghanistan u l-Iraq kienu t-tliet pajjiżi li minnhom oriġinaw il-persuni li qed jitolbu għall-ażil. Dawn il-pajjiżi ilhom f’din il-pożizzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin. Meta kkumparati ma’ Settembru, l-applikazzjonijiet f’Ottubru mis-Sirja żdiedu bi 12%, mill-Afghanistan b’20% u mill-Iraq bi 13%.

Skont l-istatistika pprovduta mill-Uffiċċju, wara dawn it-tliet pajjiżi hemm isegwu l-Iran u t-Turkija. Total ta’ 3,170 applikazzjoni kienet ġejja mill-Iran. Min-naħa l-oħra, kien hemm 2,880 applikazzjoni sottomessa minn persuni li joriġinaw mit-Turkija. Fl-aħħar sitt xhur, madwar 44% tal-applikazzjonijiet ġejjin mit-Turkija ġew approvati u nħareġ l-istatus ta’ refuġjati għal dawn il-persuni.

Tista tara’ mappa interattiva minn hawn.