600,000 kopja tal-Bibbja mqassma lid-dilettanti tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja

Partitarji tal-futbol Arġentini jżuru knisja fir-Russja

F’temp ta’ xahar irnexxielhom jilħqu lil madwar 3 miljun dilettant tat-Tazz tad-Dinja. Mill-bidu ta’ Ġunju, voluntiera tal-Missjoni Evanġelika Amerikana kienu nvoluti f’operazzjoni kbira fost id-dilettanti tal-futbol Russi.

Qassmu 600,000  kopja tal-Bibbja – fosthom 100,000 edizzjoni tat-Testment il-Ġdid tradotti fir-Russu – waqt trasmissjonijiet diretti tal-partiti murija fuq screens kbar f’aktar minn 250 parroċċa protestanta fil-pajjiż.

Ridna nieħdu din l-opportunita’ unika li toffri t-Tazza tad-Dinja biex nevanġelizzaw, qal il-President tal-Missjoni Eurasia, Sergey Rakhuba, fil-bidu ta’ Ġunju.

Bil-wiri tal-partiti tat-Tazza tad-Dinja f’postijiet reliġjużi, l-assoċjazzjonijiet kienet qed tittama li tressaq lura nies li kienu jemmnu u birdu fit-twemmin tagħhom kif ukoll dilettanti tal-futbol li għal xi żmienu kienu tbiegħdu mill-fidi.  “Billi naraw il-partiti flimkien konna kapaċi naqsmu l-Evanġelju ma’ dawn in-nies”, qal Rakhuba.