60,000 student jibdew l-iskola

Illum bdiet sena skolastika ġdida għall madwar 60,000 student minn madwar Malta u Għawdex. Dan qalu il-Ministeru tal-Edukazzjoni fi stqarrija aktar kmieni llum.

Minn dawn l-istudenti, 8,731 se jattendu l-kindergarten, 25,860 qed jattendu skejjel primarji, filwaqt li 20,939 qed jattendu skejjel medji u sekondarji. 5,574 għalliem, 3,528 learning support assistants (LSAs), u 709 kindergarten assistants se jkunu qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom fil-qasam akkademiku.

Fl-istess stqarrija l-Ministeru qal li minn din is-sena skolastika l-Miniseru se jkun qed jissaħħaħ l-assessjar matul is-sena skolastika, filwaqt li se jitneħħi l-eżamijiet ta’ nofs is-sena mir-raba’ sat-tmien, sakemm sena wara l-oħra jitneħħew ukoll dawk tad-disa’ u l-ħdax-il sena.

Fl-istess stqarrija l-Ministeru qal li minn din is-sena skolastika se jibda jitwettaq l-ippjanar, tal-qafas strateġiku tiegħu b’miri ċari fl-2014.

Il-Ministeru saħaq li se jkun hemm l-ewwel korsijiet fil-livell ta’ baċċellerat u master’s fl-edukazzjoni, filwaqt li se jkun hemm żieda ta’ korsijiet ġodda offruti mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta. Huwa stqarr li l-eżamijiet tal-MATSEC se jkunu b’xejn.