60,000 koala nqatlu bin-nirien fl-Awstralja

Aktar minn 60,000 koala nqatlu, indarbu jew kellhom jiċċaqilqu fin-nirien tal-arbuxelli Awstraljani fis-sajf li għadda, qalet l-WWF, f’dak li sejħet numru inkwetanti ta’ speċi f’riskju.

In-nirien tas-sajf li għadda, li wasslu lill-Prim Ministru Scott Morrison isemmi lis-sajf is- “sajf iswed” tal-Awstralja, qatlu wkoll 33 persuna u qerdu ‘l fuq minn 24 miljun ettaru ta’ art fil-pajjiż.

Kważi 3 biljun annimal indiġenu kienu fl-akkwati, qal l-istudju tal-WWF.

Anke qabel in-nirien, l-ambjent naturali tal-koala kien qiegħed jonqos malajr minħabba t-teħid tal-art għall-agrikoltura, l-iżvilupp urban, il-minjieri u l-qlugħ tas-siġar.