600 student jtejbu l-abbilità fiżika tagħhom permezz tal-basketball

 
Sitt mitt tifel u tifla minn madwar Malta ħadu sehem fil-Primary Schools Basketball Clinic li kien organizzat mill-Sport Promotion Unit, fi ħdan Sport Malta, b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball.
L-għan ta’ din l-attività kien li l-istudenti jtejbu l-aġilità, il-bilanċ u l-koordinazzjoni permezz tal-logħba tal-basketball.
Dawn it-tliet fatturi jgħinu lil-istudneti jilħqu livelli aħjar fil-fiżika tagħhom.
Waqt l-attività t-tfal kellhom l-opportunità jtejbu l-ħiliet tagħhom permezz ta’ workshops taħt superviżjoni ta’ kowċis mill-klabbs ta’ Hibernians, Siġġiewi u Floriana kienu preżenti biex jagħtu s-sostenn lil din l-attività.
Il-Basketball Coaching Clinic huwa biss wieħed mill-bosta coaching clinics li l-Sport Promotion Unit jorganizza għall-istudenti. 
Il-coaching clinic tal-basketball li jmiss isir nhar is-16 ta’ Frar.