600 flixkun inbid ikkonfiskati minn ħanut f’San Ġwann

L-Uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana, mit-Taqsima tal-Infurzar u mid-Direttorat tas-Sisa dalgħodu kkonfiskaw 603 fliexken tal-inbid minn fuq l-ixkafef ta’ ħanut f’San Ġwann.

Dan intqal fi stqarrija mid-Dipartiment tad-Dwana li spjegaw li l-fliexken ġew elevati waqt eżerċizzju ta’ tfittxija għall-prodotti tal-kuntrabandu. L-inbejjed kienu qed jiġu offruti għall-bejgħ mingħajr ma kienu mmarkati bl-istrixxa tas-sisa.

Intant, ħidma oħra fil-Birgu wasslet sabiex jiġu elevati 21 flixkun whiskey li ddaħħlu bil-kuntrabandu.

Id-Dipartiment tad-Dwana appella lill-pubbliku biex jekk jiltaqa’ ma inbejjed jew xorb alkoħoliku ieħor li mhux immarkat bl-istrixxa tas-sisa, jirrapporta b’mod anonimu fuq 25685124 jew 25685200.