60 xogħol ġdid f’impjant tal-farmaċewtika sal-2019

Sal-2019, il-kumpanija CETIC Pharmaceutical Ltd se tkun qed toħloq 60 post tax-xogħol ġdid, b'investiment ta' €15-il miljun f’impjant ġdid tal-farmaċewtika. 
Il-Malta Enterprise ffirmat dikjarazzjoni ta' intenzjoni ma’ CETIC Pharmaceutical Ltd, li fiha ġie miftiehem li l-kumpanija titwaqqaf Malta biex timmanifattura prodotti farmaċewtiċi. L-impjant se jinkludi wkoll faċilitajiet tal-ippakkjar għal dawn il-prodotti.
CETIC Pharmaceutical Ltd. se tfittex iċ-ċertifikazzjoni tal-FDA (Food & Drug Administration) u tal-EU-GMP (Good manufacturing practice) għas-sit ta’ Malta. 
Ritratt: DOI – Omar Camilleri