60% tal-istudenti lesti jħallsu aktar għall-ikel sustanzjuż – studju

Read in English.

Instab li 60% tal-istudenti fl-Università ta’ Malta huma lesti li jħallsu aktar għal għażliet ta’ ikel sustanzjuż skont grupp ta’ riċerkaturi.

Artiklu ppubblikat fil-Malta Medical School Gazette juri kif saret analiżi tal-vending machines li hemm fuq il-kampus tal-Università. L-objettiv kien li jevalwaw l-ambjent tal-ikel permezz tal-vending machines. Ir-riċerkaturi ġabru wkoll il-perspettiva tal-istudenti dwar dawn il-magni.

Kif sar l-istudju?

Sar audit fuq il-vending machines biex jinstab x’tip ta’ ikel u xorb ikun fihom. L-audit sar fl-istess perjodu sena wara. Il-perċezzjoni tal-istudenti nġabret permezz ta’ kwestjonarju online.

X’sabu r-riċerkaturi?

Il-vending machines kollha kien fihom l-istess affarijiet li kienu biz-zokkor.

Instab li 71.03% tal-isudenti kienu jixtru mill-magni peress li kienu faċilment aċċessibli filwaqt li 61% ikkunsidraw l-affarijiet bħala wisq ħżiena għas-saħħa. Mill-istudenti, 60% kienu lesti jħallsu iżjed għal għażliet aktar sustanzjużi.

X’ikkonkludew ir-riċerkaturi?

Għażliet limitati jfisser li l-istudenti ma jkollhomx għażliet ta’ ikel sustanzjuż fuq il-kampus. Qalu li hemm bżonn li tittieħed azzjoni urġenti speċjalment minħabba l-epidemija tal-obeżità.

Id-dettalji tal-istudju:

L-audit tal-magni sar bejn Ottubru u Novembru tal-2016. Reġa’ sar sena wara. It-tobba kellhom permess mill-Università ta’ Malta biex isir dan l-istudju.

Ġew analizzati 22 magna – 13 tax-xorb u 9 tal-ikel.

Kull vending machine tax-xorb kienet tbigħ soft drinks u ilma fost affarijiet oħra. Il-buttini tas-soft drinks kienu jkunu fuq livell tal-għajnejn. Il-buttuni tal-ilma kienu jkunu fil-qiegħ.

Il-vending machines tal-ikel kien fihom affarijiet bħal ċikkulati u boroż. Ma kienx fihom yogurts jew ħaxix.

B’kollox kien hemm 298 studenti li wieġbu d-domandi tat-tobba. Minnhom 202 kienu nisa. Il-maġġoranza tal-istudenti (222) qalu li kienu jixtru mill-magni.

University food environment, an example of health inequality?

It-tobba qalu li d-Dipartiment tas-Saħħa joffri servizzi ta’ nutritionist fuq bażi one-to-one.

Skont it-tobba, wieħed jistenna li n-nisa jkunu aktar konxji ta’ għażliet mhux tajbin għas-saħħa milli l-irġiel.

Ir-riċerkaturi qalu li l-ambjent tal-ikel (food environment) fl-università jaffettwa l-imġieba tad-dieta tal-istudenti li jaf jibqgħu biha għal ħajjithom. Dan jaf ikollu konsegwenzi serji tas-saħħa.

L-awturi tar-riċerka kienu Dr Sarah Cuschieri, Dr Ryan Camilleri, u Mr Stephan Grech.

Tista’ taqra l-artiklu tagħhom minn hawn.