60 skola f’inizjattiva biex tressaq lit-tfal lejn l-isport

DOI - Clifton Fenech

Aktar minn 60 skola ħadu sehem f’inizjattiva li għandha l-għan li tħajjar lejn l-isport lil dawk it-tfal li għal xi raġuni jew oħra dejjem baqgħu lura milli jibdew jipprattikaw xi sport.

Din l-inizjattiva magħrufa bħala l-ESSD tiġi organizzata f’aktar minn 30 pajjiż madwar l-Ewropa sabiex tfakkar il-ġurnata Ewropea ddedikata għall-Isport fl-Iskejjel. L-attività tinkludi sagħtejn ta’ attività fiżika għat-tfal.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima sostna li t-tfal għandhom ikunu esposti għall-attivitajiet diversi li jgħinuhom jibnu l-ħiliet fiżiċi fosthom l-aġilità, il-bilanċ u l-kordinazzjoni.

Waqt żjara li għamel fl-iskejjel primarji ta’ Ħal Għargħur, Pembroke u Tas-Sliema, is-Segretarju Parlamentari Grima saħaq dwar l-importanza li t-tfal mhux biss jagħmlu l-isport bħala attività, iżda bħala xi ħaġa li jieħdu gost jagħmlu.

Din l-inizjattiva bdiet fl-Ungerija tliet snin ilu, u Malta bdiet tieħu sehem mal-ewwel grupp ta’ pajjiżi Ewropej fl-2016.