60 sena wara, jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ fl-istess lukanda

Il-lukanda Phoenicia ċċelebrat ma’ Mark u martu Paula Vella, li wara sittin sena li żżewġu fl-istess lukanda, lura għall-1955, irritornaw għal ikla romantika.
Il-koppja deskritta bħala simpatika, qasmet l-esperjenzi u t-tifkiriet mal-ħaddiema tal-lukanda, waqt li kienet servuta ikla speċjali mit-tim ta’ koki, rebbieħa ta’ diversi unuri. L-ispeċjalità tal-ikla kienet dovuta għall-preċiżjoni u d-dettall fl-ippjanar tagħha, b’menu ugwali għal dak servut fil-festa tat-tieġ tal-koppja fl-1955.
Mibnija fl-1939, il-lukanda Pheonicia kienet l-ewwel lukanda ta’ ħames stilel, bi storja partikolari u pożizzjoni ġeografika unika fuq l-għatba tal-Belt Valletta.
Il-lukanda konsistentement baqgħet pożizzjonata mal-iktar tliet lukandi romantiċi fir-riċensjonijiet fuq TripAdvisor.
Ray Vella, wieħed minn ulied il-koppja, esprima sodisfazzjon kbir għall-fatt li “l-lukanda għamlet kull sforz biex tirriproduċi l-istess livell ta’ ċelebrazzjoni u sodisfazzjon li l-ġenituri tiegħi kellhom fil-lukanda sittin sena ilu, bl-istess menu”.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.