60 sena mill-mewt ta’ Twannie Aquilina

Kien bħal-lum it-23 ta’ Awwissu tal-1960 li f’Malta seħħ delitt li baqa’ jissemma sal-lum: dak ta’ Twannie Aquilina, maqtul b’daqqiet ta’ sikkina fid-dar ta’ ommu fi Triq San Duminku fil-Belt Valletta.

Kien għall-ħabta tat-7.45pm meta l-Pulizija saret taf b’tifel li kien waqa’ u weġġa’ u li kien mimli dmija. Iżda mal-wasla tiegħu l-kuntistabbli sab quddiemu xena makabra: dik li t-tifel kien b’rasu kważi mħanxra, apparti d-daqqiet l-oħra fuq ġismu.

Ritratt: Facebook/MarioCalleja

Id-delitt ta’ Twannie Aquilina għadu misteru sal-lum minkejja li ommu Luiga Camilleri, magħrufa bħala Ġiġa, kienet waħlet il-piena għall-mewt li nbidlet għal għomorha l-ħabs filwaqt li Leli, ir-raġel tagħha u missier tar-rispett ta’ Twannie, kien waħel 20 sena ħabs. Minkejja s-sentenza li ngħatat, Ġiġa ħarġet mara libera 10 snin wara. 

Sal-aħħar ta’ ħajjitha Ġiġa baqgħet tinsisti li kienet innoċenti.