60 Porsche esebiti fil-Qawra

Porsche Club Malta li ilu mwaqqaf f’Malta u rikonnoxxut mill-marka Porsche nnifisha għal dawn l-aħħar 10 snin, tella’ wirja ħdejn l-Akwarju Nazzjonali fil-Qawra.
‘Il fuq minn 60 karozza ta’ diversi mudelli tal-marka Porsche ġew esebiti għall-pubbliku.
Il-mudelli jvarjaw minn mudelli tas-snin 60 sa mudelli introdotti fis-suq lokali fl-aħħar snin.
Andrew Spiteri li ilu President tal-klabb għal aktar minn erba’ snin, spjega li l-klabb għandu pjanati numru ta’ attivitajiet kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, fosthom fi Sqallija, it-Turkija u l-Ġermanja.
Il-membri tal-klabb li huwa affiljat fil-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport qegħdin iħarsu ‘l quddiem ukoll għall-Motors Inc. Malta Motorsport Awards li se jittellgħu fl-24 ta Marzu f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan.