​60 pazjent tal-kanċer igawdu mill-ġenerożità ta’ 140 persuna

Madwar 140 persuna għażlu li jagħmlu donazzjoni tax-xagħar tagħhom għal madwar 60 pazjenti tal-kanċer.
Fl-edizzjoni tal-2016 tal-Proġett tal-Bupa għall-Kanċer tas-Sider, 60 parrokki ġew magħmula għall-pazjenti tal-kanċer.
Il-Maniġer ta’ Branch tal-Bupa Charles Zarb qal li għat-tieni sena konsekuttiva, wieħed seta’ jara l-parteċipazzjoni ta’ numru kbir ta’ voluntiera ġenerużi li għażlu li joffru xi ħaġa personali li tista’ tintuża’ biex titnaqqas is-sofferenza ta’ dawk fil-bżonn.
Il-persuni li għamlu din id-donazzjoni ġew mistiedna għall-ċerimonja ġewwa l-Palazz tal-President fil-Belt Valletta fejn ingħataw tifkira mill-Aġent President Dolores Cristina.
Fi stqarrija, il-Bupa qalet li l-proġett tagħhom dwar il-kanċer tas-sider mhux biss jgħin lill-pazjenti iżda wkoll iqajjem aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider innifsu.
Ritratti: Bupa