60 midalja tad-deheb għall-Maltin tal-Medigames

Il-parteċipanti Maltin rebħu 60 midalja tad-deheb, 43 midalja tal-fidda u 13-il midalja tal-bronż fil-World Medical and Health Games, magħrufin bħala Medigames.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ltaqa’ mal-parteċipanti li, flimkien ma’ 41 pajjiż ieħor, ħadu sehem fil-Medigames aktar kmieni dan is-sajf.

Il-Medigames ilhom isiru mis-sena 1978 u din is-sena saru għall-ewwel darba f’Malta. Malta, rappreżentata minn 75 parteċipant, spiċċat fit-tieni post b’116-il midalja, bil-logħbiet jintrebħu mill-Ġermanja b’165 midalja. Il-parteċipanti jkunu kollha ġejjin mill-qasam mediku f’kull forma tiegħu.