60% laħam taż-żwiemel fl-ispagetti

Aktar żviluppi dwar il-kwistjoni tal-laħam taż-żwiemel. Spagetti ‘bolognese’ friżati li kienu qed jinbiegħu fil-ħwienet Tesco kellhom xejn inqas minn 60% laħam taż-żwiemel, meta dawn suppost kien fihom il-laħam taċ-ċanga.

Il-biża hi li ż-żwiemel inagħataw ċertu mediċina li tagħmel ħsara lill-bniedem.

Fl-Ingilterra s-Segretarju dwar l-Abmjent Owen Paterson mistenni jiltaqa’ mal-Aġenzija dwar il-Kwalità fl-Ikel sabiex jiġi diskuss x’passi għandhom jittieħdu.

L-Ingilterra qed tinsisti li hemm attivtà kriminali, filwaqt li Franza talbet lir-Rumanija tinvestiga żewġ biċċeriji fuq suspett li dawn biegħu laħam taż-żwiemel li suppost kien ċanga.

Din l-allegazzjoni irrabjat ferm lill-Prim Ministru Rumen, li qal li ma sab ebda evidenza li tikkonferma l-allegazjoni.

S’issa l-awtoritajiet Maltin ma ħarġu ebda twissija.