60 każ ta’ droga fil-ħabs

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li kien hemm 60 każ ta’ sejbien ta’ droga ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.

Fl-2017 kien hemm 70 każ simili.

Skont informazzjoni mitluba mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, jidher li l-qabdiet tad-droga kokaina fl-gżejjer naqas din is-sena meta mqabbel mas-sena l-oħra.

Din is-sena, il-forzi tal-ordni qabdu 7,713 kg ta’ kokaina mqabbla mat-322,514 kg fl-2017. Min-naħa l-oħra, il-qabda tal-kannabis din is-sena żdiedet bi 12.3 miljun kilo ta’ raża u 542 elf kilo ta’ ħaxixa tal-kannabis mqabbla mal-594,000 kilo ta’ raża u 193 elf kilo ta’ ħaxixa.