60 ferut wara li raġel saq għal ġo sfilata tal-Karnival fil-Ġermanja

People react at the scene after a car ploughed into a carnival parade injuring several people in Volkmarsen, Germany February 24, 2020. Elmar Schulten/Waldeckische Landeszeitung via REUTERS

L-għadd ta’ persuni midruba wara li lbieraħ karozza baqgħet dieħla ġo sfilata tal-karnival fil-Ġermanja tela’ għal kważi 60.

Il-Pulizija Ġermaniża spjegat li 18 minn dawk is-60 huma tfal. 35 persuna għadhom qed jinżammu l-isptar.

L-etajiet tal-vittmi jvarjaw bejn sentejn u 85 sena.

B’rabta mal-każ ġie arrestat raġel ta’ 29 sena fuq suspett ta’ attentat ta’ qtil.

Ir-raġuni għaliex ir-raġel għamel dan għadha mhix ċara, iżda l-pulizija qed jiċħdu li l-aggressur kien xurban.