6 xhur priġunerija wara li uża dokumenti foloz biex jiġi Malta

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Mali ngħata sitt xhur priġunerija wara li ġie Malta mill-Italja b’dokumenti foloz.
Coulibaly kien akkużat li ffalsifika, biddel jew għamel xi tibdil fil-passaport u uża dokumentazzjoni falza.
Minkejja li Moussa għandu permess ta’ residenza fl-Italja, dan ma jistax jintuża biex jitlaq mill-pajjiż.
L-Ispettur u Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni Frankie Sammut qal li immigranti fl-Italja spiss saru jiffalsifikaw id-dokumenti tagħhom biex jiġu Malta, iżda wara li jinqabdu jingħataw sentenza sospiża mbagħad jibqgħu Malta.
Sostna li għaldaqstant għandha tingħata sentenza ta’ priġunerija u mhux sentenza sospiża. Il-Qorti tat lil Moussa sentenza ta’ sitt xhur priġunerija effettiva.