6 xhur priġunerija wara li ta daqqa ta’ ponn lil Joe Sammut

Philip Zahra ta’ 43 sena min-Naxxar ingħata s-sentenza ta’ sitt xhur priġunerija u ordnat iħallas €200 wara li nstab ħati li ħebb u weġġa’ lid-Deputat Laburista Joe Sammut.
Huwa nstab ħati wkoll li kellu sikkina. Il-każ seħħ waqt attività politika li saret fl-24 ta’ Novembru tal-2013.
L-akkużat ammetta li ta daqqa ta’ ponn lil Sammut iżda ċaħad li kien qed iġorr sikkina.
Fil-Qorti, Zahra u Sammut kellhom verżjonijiet differenti kif seħħ il-każ.
L-akkużat stqarr li ma kienx jaf li Sammut kien membru Parlamentari.