6 xhur priġunerija għal Senegaliż li ħarab sentejn ilu

Senegaliż ta’ 26 sena ammetta fil-Qorti li sentejn ilu ħarab miċ-Ċentru tad-Detenzjoni f’Ħal Safi.
Kien l-akkużat stess li mar fl-għassa tal-Pulizija l-Ħamis li għadda.
Fid-deċiżjoni, l-Qorti kkunsidrat li l-akkużat daħal b’mod illegali fil-pajjiż u ta ruħu b’idejh sentejn wara li ħarab miċ-Ċentru.
Huwa ngħata s-sentenza ta’ sitt xhur priġunerija.