6 xhur ħabs minħabba €6

Raġel li kellu diversi każijiet ta’ serq ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li wettaq serqa minn magna f’pompa tal-petrol.

Ir-raġel li għandu 43 sena mill-Marsa ġie arrestat it-Tlieta għall-ħabta ta’ nofsillejl waqt li kien qed jipprova jisraq mill-magna li tinsab fil-pompa tal-petrol.

Il-Prosekuzzjoni mmexxiha mill-Ispettur Elton Taliana qalet li l-Qorti li waqt li r-raġel kien qed jipprova jisraq mill-magna li fiha dak il-ħin kien hemm biss madwar €6. Il-Prosekuzzjoni qalet li minkejja dan, ir-raġel ikkawża iktar minn €250 fi ħsara. Dennis Cremona ammetta l-akkużi kontrih.

Ir-raġel li ma jaħdimx kemm il-darba nstab ħati fuq serq.