6 xhur ħabs għaż-żagħżugħ li nqabad bid-droga f’Għawdex

Read in English.

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena li l-Ġimgħa nqabad bid-droga f’Għawdex wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u l-Qorti tatu 6 xhur ħabs effettivi u multa ta’ €1,000. Huwa tressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat Monica Vella.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Anthony Scerri akkużah bil-pussess tiegħu d-droga kokaina u kif ukoll kien fil-pussess tal-pjanta kannabis. Huwa ġie akkużat ukoll li renda ruħu reċidiv.

Fi stqarrija lbieraħ il-Pulizija qalu li żewġ żgħażagħ ġew arrestati wara li nstabu d-drogi tal-kokaina u tal-kannabis f’Għawdex. Apparti ż-żagħżugħ li huwa minn Nadur, ġiet arrestata wkoll żagħżugħa ta’ 26 sena mix-Xagħra.