6 xhur ħabs għal 8 immigranti b’dokumenti foloz

Tmien immigranti weħlu sitt xhur ħabs kull wieħed tallu użaw dokumenti foloz jew dokumenti li ma kinux tagħhom. Tnejn oħra ngħataw sentenza sospiża peress li huma minorenni.

L-immigranti għandhom bejn 16 u 31 sena, u ġejjin mis-Sudan, mill-Eritrea u mis-Somalja. Huma joqogħdu fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far.

L-għaxar persuni wieġbu ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom meta tressqu l-qorti lbieraħ.

L-argument tal-Prosekuzzjoni kien li kulma jmur, dawn ir-reati qegħdin jiżdiedu, allura sentenza ta’ priġunerija tkun xierqa sabiex jitrażżan dan l-abbuż.