Żewġ immigranti li ppruvaw jaħarbu minn ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi lbieraħ intbagħtu sitt xhur ħabs.
Fil-Qorti llum instema’ kif dawn kienu ilhom biss ġimgħa li waslu Malta. Jamal Momen ta’ 21 sena u Yousef Busenah ta’ 22, it-tnejn mill-Marokk wieġbu ħatja tal-akkużi
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo tathom l-opportunità li jaħsbu mill-ġdid l-ammissjoni tal-ħtija. Madanakollu huma ppersistew bit-tweġiba tagħhom.
Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Roderick Attard. Id-difiża kienet immexxija mill-għajnuna legali, l-avukat Noel Bartolo.