“6 snin ta’ mħabba, sfidi u sagrifiċċji” – Annabelle Vella

Riratt: Facebiok/AnnabelleVella

Kien bħal lum 6 snin li l-kantanta Annabelle Vella née Debono żżewġet lis-sieħeb tagħha il-mużiċist Sean Vella.

Meta kienet xebba, Annabelle kienet ħadet sehem fil-Malta Eurovision tal-2006 u l-2007 wara li fis-sena ta’ qabel konna bdejna narawha fil-kompetizzjoni televiżiva Hotspot fuq l-istazzjon Net. Fl-2008 kienet waħda mill-backing vocalists għall-kanzunetta Vodka li biha Morena rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision. Din is-silta kienet miktuba minn Gerard James Borg b’mużika ta’ Philip Vella, missier Sean.

“L-isbaħ relazzjonijiet huma dawk li ma tkunx qed tippjana. 6 snin ta’ mħabba, daħk, sfidi, sagrifiċċji u aktar imħabba” kitbet fuq il-paġna tagħha fuq Facebook Annabelle b’dedika lil żewġha Sean.

Ritratt: Facebook:AnnabelleVella

Il-koppja għandhom ukoll tifel, Tom, li twieldet f’Lulju 2017.

Ritratt:Facebook:AnnabelleVella

Awguri lil Sean u lil Annabella għal aktar snin ta’ mħabba.