6 snin mill-mewt ta’ Lisa Maria Zahra

Facebook

Bħal-lum sitt snin ilu, tilfet ħajjitha ż-żagħżugħa Lisa Maria Zahra fi traġedja li ħasdet lil Malta.

Is-sajf li għadda, Erin Tanti ta’ 28 sena, li kien l-għalliem taż-żagħżugħa, ingħata sentenza ta’ 20 sena u sitt xhur ħabs wara li wieġeb ħati għall-qtil ta’ Lisa Maria Zahra.

Tanti kien qed jiġi akkużat bl-omiċidju ta’ Zahra u li assistieha tmut b’suwiċidju. Hija kellha biss 15-il sena. It-tnejn kienu nstabu taħt l-irdum f’Ħad-Dingli fid-19 ta’ Marzu tal-2014. Hija kienet waqgħet 13-il sular u tilfet ħajjitha fuq il-post.

F’Ġunju tal-2019, Tanti kellu jibda jgħaddi ġuri, iżda hekk kif kien se jibda u qabel ma ntgħażlu l-ġurati, l-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.

Fuq il-paġna RIP Lisa fuq Facebook, illum inxtered ritratt ta’ Zahra meta kienet tifla u nkiteb illi jkun jiġri x’inhu jiġri fid-dinja, dawk maħbubin qatt m’huma se jintesew.

6 years ago today a beautiful flower was chosen to join heavens garden 🧡 with all that is going on around the world the loved will never be forgotten 💛💛

Posted by RIP Lisa on Thursday, March 19, 2020

Wara l-mewt ta’ Lisa Maria, il-familja Zahra waqqfet il-Fondazzjoni Lisa Maria Zahra, bil-għan li tgħin fil-protezzjoni tat-tfal f’Malta.