6 snin ħabs talli serqet $17m maħsuba għall-fqar

FILE PHOTO: Britta Nielsen, a Danish woman accused of embezzling 117 million crowns ($17 million) of Danish government funds, looks on during her appearance at Randburg Magistrates Court, South Africa, November 8, 2018. REUTERS/Siphiwe Sibeko

Qorti Daniża kkundannat eks-impjegata sitt snin u nofs ħabs talli serqet $17-il miljun f’fondi tal-gvern Daniż allokati biex jappoġġjaw dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.

Britta Nielsen, li għandha 65 sena, kienet arrestata f’Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel f’Novembru 2018 b’ammont sostanzjali ta’ flus kontanti, akkużata li serqet 117-il miljun kuruna Daniża f’fondi tal-istat maħsuba għall-foqra u poġġiethom fil-kontijiet tagħha stess, fuq perjodu ta’ 25 sena.

Il-verdett ħareġ wara skandlu ta’ ħasil ta’ flus li jinvolvi l-akbar sellief tad-Danimarka, Danske Bank.

Il-każijiet ikkontribwew għal tnaqqis fil-fiduċja pubblika fit-tmexxija f’dak li ilu żmien wieħed mill-inqas pajjiżi korrotti fid-dinja.