6 sigħat bla ilma u jgħumu fl-għaraq

Miguela Xuereb

Dawk li attendew il-laqgħa tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Liċeo tal-Ħamrun, u li fi tmiemha ġie approvat il-proġett tad-db għal Pembroke, qattgħu sitt sigħat fi skumdità kbira.
B’kollox fis-sala kien hemm madwar 500 persuna, fost l-oħrajn residenti, kunsilliera, Membri Parlamentari, attivisti, ambjentalisti u anke għadd sostanzjali ta’ ħaddiema tal-Grupp db.
Il-parti l-kbira tal-persuni preżenti twaqqfu taħt tinda u uffiċjali tas-sigurtà ċċekkjawlhom il-basktijiet li kellhom magħhom. Kull min kellu fliexken tal-ilma ntalab jarmih inkella jidħol fis-sala bil-flixkun imma mingħajr tapp.
Madankollu persuni li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li ħafna minn dawn ir-regolamenti ma kinux japplikaw għall-ħaddiema tad-db.
Fis-sala ma kienx hemm arja kundizzjonata u ftit fannijiet, u wara ftit ħin kulħadd beda ħiereġ l-għaraq għalih.