Il-Korp tal-Pulizija qal li dal-aħħar daħlulu għadd ta’ rapporti ta’ serq mill-karozzi, minn diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Fuq il-paġna fuq Facebook, il-Korp ta sitt pariri lill-pubbliku dwar x’għandu jagħmel biex jevita dan is-serq.
- Tħallix iċ-ċwievet fl-ignition xħin toħroġ mill-karozza, lanqas għal ftit ħin sakemm tagħmel xi qadja
- Tħallix ħwejjeġ, dokumenti personali jew basktijiet jidhru fil-karozza
- Kun ċert/a li ssakkar il-bibien u tagħlaq it-twieqi kollha meta toħroġ mill-karozza
- Tħallix apparat elettroniku jidher
- Tħallix parts li jinqalgħu taħt is-seat jew fil-glove compartment
- Agħmel alarm jew apparat ieħor tas-sigurtà
Il-pubbliku huwa mwissi biex jekk tinsteraqlu xi ħaġa mill-karozza jċempel fuq 119 jew jagħmel rapport fl-eqreb għassa tal-pulizija.