6 pariri dwar iż-żwieġ… għadhom jgħoddu sal-lum

Kieku kellek tistaqsi lill-ġenituri tiegħek għal parir wieħed fuq iż-żwieġ, x’taħseb li se jgħidulek? Għalkemm kull żwieġ huwa differenti u kull persuna għandha l-karattru tagħha, wisq probabbli dawn il-pariri jaqgħu fil-kategorija ta’ waħda minn dawn: l-importanza li tisma’, li tkun ġentili, li tqattgħu ħin flimkien u li tikkomunikaw sew. 
Iżda meta niġu għal ħajja ta’ kuljum, kif nistgħu nimplimentawhom dawn il-pariri? 
1. Agħtu spazju lil xulxin 
Tajjeb li wieħed jibqa' jipprattika dawk l-affarijiet li jogħġbuh għax b’hekk iħossu aktar sodisfatt miegħu nnifsu. Agħtu spazju lil xulxin biex tagħmlu dak li verament jagħmilkom individwi.
2. Taħbix l-emozzjonijiet tiegħek 
Kemm jista’ jkun, tkellmu bejnietkom b’mod apert, u tgħallmu isimgħu lil xulxin bil-galbu u mingħajr preġudizzju. Konverżazzjonijiet onesti jwasslu għal imħabba aktar soda u waħda li tafda. 
3. Tmorrux torqdu miġġielda 
Tħallux l-argumenti jitwalu. Solvu l-problema qabel torqdu jew aqblu li se titkellmu aktar fit-tul f’mument aktar propizju, iżda qabel torqod ara li ħadd mhu mweġġa' b’dak li ntqal. 
4. Kun paċenzjuż
Fil-ħajja miżżewġa jew f’relazzjoni twila, il-paċenzja se tiġi bżonnha spiss. Ma tistax dejjem tgħaddi tiegħek. Meta possibbli ara li jintlaħaq kompromess. 
5. Sibu modi kreattivi kif tqattgħu ħin flimkien 
Il-monotonija mhi tajba għal ħadd. Sibu mod kif tieħdu gost flimkien b’mod innovattiv. Ħu l-affarijiet biċ-ċajt kulltant u kunu bħat-tfal flimkien. 
6. Urihom kemm int kuntent 
M’hemm xejn isbaħ milli persuna tħossha apprezzata. Jekk int xortik tajba biżżejjed li sibt l-imħabba ta’ ħajtek, urihom kemm tħobbhom, m’hemmx għalfejn b’ħafna rigali. Kulltant messaġġ sabiħ jista’ jtellgħek is-sema.
Taqbel ma' dawn il-pariri? Kieku xi żżid magħhom? Iktbilna kumment hawn taħt.