6 nominazzjonijiet għas-siġġu fil-Parlament Ewropew

Kevin Cutajar u Helga Barbara Ellul tefgħu n-nomina tagħhom għall-elezzjoni każwali għas-siġġu fil-Parlament Ewropew ta’ Therese Comodini Cachia.
B’hekk sa issa hemm sitt kandidati. Magħhom hemm Raymond Bugeja, Jonathan Shaw, Norman Vella u Francis Zammit
Therese Comodini Cachia rriżenjat mill-Parlament Ewropew wara li ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali.
L-għadd tal-voti se jsir nhar it-Tlieta li ġej.