6 nisa fost 57 suldat ġdid fl-AFM

57 rekluta, sitta minnhom nisa, ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala suldati regolari fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Dan sar fil-Passing Out Parade fil-Barracks ta’ Ħal Luqa f’dik li hi meqjusa bħala l-aktar ġurnata fejn suldat iħossu kburi li ngħaqad mal-familja militari. 
Ir-rekluti temmew ħames xhur ta’ taħriġ intensiv f’diversi oqsma li jinkludu taħrig fiżiku, taħriġ fl-użu tal-armi, fid-drill, u f’suġġetti militari oħrajn. 
Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li l-Forzi Armati ta’ Malta jaħdmu flimkien mas-Servizz Sigriet u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta kontra ċ-ċirku ta’ kriminalità organizzata. 
Tkellem ukoll dwar it-tisħiħ tas-cyber security u kompla jgħid li l-Gvern qed jaħdem biex tkompli tissaħħaħ id-difiża tal-pajjiż.
Ritratt: DOI – Clodagh Farrugia O'Neill