6 nassaba jispiċċaw bla liċenzja

6 nassaba jispiċċaw bla liċenzja hekk kif fil-Qorti din il-ġimgħa nstemgħu 7 każijiet ta’ nsib illegali kollha rrappurtati minn CABS.
Fi stqarrija, il-CABS qalet li l-voluntiera u l-ħaddiema tagħha kellhom ġimgħa impenjattiva fil-Qorti hekk kif instemgħu seba’ każijiet differenti ta’ nassaba li kienu akkużati b’insib illegali barra mill-istaġun u biegħ ta’ dawn l-ispeċi li jkunu nqabdu llegalment.
CABS qalet ukoll li wieħed minn dawn il-każijiet kien jinvolvi raġel li f’Ottubru li għadda inqabad jonsob b’maskla ma’ rasu.
Il-każijiet kollha kienu rrappurtati lill-Pulizija minn CABS u wasslu biex il-Qorti ordnat li l-akkużati titeħdilhom il-liċenzja tal-kaċċa u l-insib.
Il-President ta’ CABS Heinz Schwarze qal li jittama li dawn il-prosekuzzjonijirt iwasslu biex nassaba oħrajn ma jagħmlu dawn l-atti illegali.
Semma li bħala għaqda jinsabu kuntenti li l-isforzi intensivi tagħhom wasslu biex il-kriminali jingħataw dak li ħaqqhom.
L-akkużati weħlu multi differenti minn €700 sa €1,000 u anki €1,600 filwaqt li l-liċenzji tagħhom ġew sospiżi minn sentejn għal tliet snin.