6 mużiċisti żgħar Maltin f’kunċerti bil-kanun u d-duduk

Sitt mużiċisti żgħar Maltin se jieħdu sehem fil-Classical Young Stars Concert Series flimkien mat-tmien rebbieħa ta’ New Names Russia u New Names Armenia, li rebħu għadd ta’ kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali.
Il-kunċerti se jsiru f’għadd ta’ postijiet prominenti madwar Malta u Għawdex, bejn illum u nhar is-Sibt, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Mro. Alan Chircop.
Il-pubbliku se jkollu l-opportunità jisma’ strumenti uniċi bħall-kanun (strument tal-korda) u d-Duduk (flawt tal-qasab partikolari magħmul mill-injam tas-siġar tal-berquq).
Il-biljetti tad-dħul jistgħu jinkisbu b’xejn minn fuq: info@eufsc.eu jew 77727222.
Aktar dettalji hawn.