“6 minn kull 7 Għawdxin jixtru post Malta” – Kandidat MEP

L-Ewropa għad trid tasal Għawdex 🛳🚁🚇

Posted by Peter Agius on Friday, September 21, 2018

Sitta minn kull seba’ żgħażagħ Għawdxin jispiċċaw jixtru post fejn jgħixu f’Malta u mhux Għawdex, skont il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għal Membru Parlamentari Ewropew, Peter Agius. Agius huwa l-eks Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.

F’filmat li tella’ fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu u li ttieħed waqt li żar il-gżira Għawdxija. Spjega li l-Għawdxin jinsabu inkwetati ħafna għax it-tfal tagħhom qed ikollhom jinżlu jaħdmu Malta. Dan iwassal biex huma mbagħad jixtru post Malta minflok Għawdex, hekk kif sostna li l-Għawdxin jispiċċaw jaħdmu ħin itwal mill-Maltin u jaqilgħu inqas hekk kif jaħlu ammont sostanzjali ta’ ħin biex jiċċaqilqu minn Malta għal Għawdex.

Agius spjega li hemm bżonn ta’ pjan fit-tul għall-gżira Għawdxija u mhux tiġi mwiegħda ħafna affarijiet li jisfaxxaw fix-xejn wara li tgħaddi elezzjoni. Irrimarka li l-għodda Ewropea mhux tintuża biżżejjed għall-benefiċċju ta’ Għawdex u sostna li minkejja li Għawdex suppost tieħu 10% tal-fondi, dawn jiqbgħu ma jaslux kollha. Insista li wasal iż-żmien li l-Għawdxin jiddeċiedu huma fuq kif jintefqu l-fondi Ewropej f’Għawdex.