6 miljun view għall-filmat ta’ Giorgia Borg fuq YouTube

Facebook

Għadha bilkemm għaddiet ġimgħa minn mindu xxandar Britain’s Got Talent fejn Giorgia Borg kisbet il-Golden Buzzer mingħand Alesha Dixon.

Il-kanzunetta li nterpretat, 10, jidher li ntlaqgħet tajjeb fuq livell internazzjonali tant li l-filmat uffiċċjali fuq il-YouTube diġa’ qabeż is-sitt miljun view.

Facebook

Permezz tal-Facebook, Giorgia Borg, illejla rringrazzjat lill-fans kollha tagħha għal dan l-appoġġ.

Bis-saħħa tal-mossa ta’ Alesha Dixon, Giorgia Borg kisbet post dirett fis-semi finali, u tniżżlet fl-istorja ta’ dan il-programm bħala l-iżgħar artista solista li qatt kisbet il-Golden Buzzer.