6 mejta wara li jikkollassa bini fil-Polonja

Mill-inqas sitt persuni mietu wara li binja ta’ appartamenti kkollassat fil-Polonja.
Ħaddiema tat-tifi tan-nar qalu li tnejn minn dawk li mietu kienu tfal. Erba’ persuni oħra kienu salvati minn qalb it-tifrik.
Midja Pollakka rrappurtat li 18-il persuna huma rreġistrati li jgħixu f’din il-binja ta’ appartamenti, li tinsab fi Swiebodzivce.
Probabilment, żewġ sulari ċedew wara splużjoni tal-gass.