6 kundanni tal-Papa għall-vjolenza fuq in-nisa

Ritratt: Kat J, Unsplash

Read in English.

Il-Papa Franġisku kkundanna diversi drabi l-vjolenza, b’mod partikolari l-vjolenza fuq in-nisa. Riċentament meta ta daqqa ħafifa fuq id ta’ mara li ppruvat iġġebbdu lejha, il-Papa, filwaqt li skuża ruħu u ammetta li anke hu jitlef il-paċenzja, ħa l-opportunità biex jikkundanna l-vjolenza fuq in-nisa.

X’qal matul is-snin kontra l-vjolenza fuq in-nisa?

  • “Il-vjolenza fuq in-nisa ma tistax tiġi trattata bħala xi ħaġa normali, qisu xejn mhu xejn”
  • Ikkundanna l-vjolenza fiżika u verbali kontra n-nisa; sejjaħ lin-nisa, l-ommijiet u n-nanniet bħala l-gwida għall-familji
  • “L-abbuż domestiku huwa att dgħajjef ta’ beżżiegħ”
  • Il-vjolenza fuq in-nisa moħbija bejn ħafna ħitan”
  • Il-Papa tkellem ma’ diversi nisa vittmi ta’ vjolenza domestika, fost l-oħrajn ma’ Filomena Lamberti, omm Taljana, li żewġha tefgħalha l-aċtu u sfiguralha wiċċha.
  • F’intervista ma’ ġurnalista, li kienet qed iġġorr qmis ta’ mara li nqatlet minn żewġha quddiem binhom, il-Papa qabad il-qmis u talab għall-vittma, filwaqt li sejjaħ il-qmis bħala “bandiera ta’ sofferenza ta’ ħafna nisa li ma nkunux nafu minn xiex għaddejjin”.